Teżori Żwieten: Statwi u Niċeċ fi Triqatna

c. 1575 - 1665

9789995784072
Paperback

In stock

Description

Il-pubblikazzjonijiet huma wieħed mill-aktar mezzi importanti ta’ kif nesponu u naqsmu informazzjoni dwar il-wirt kulturali ta’ madwarna. Bosta minna ftit jgħatu kas ta’ dak li hemm madwarhom jew saħansitra fit-triq tagħhom jekk ma jarawx ritratt jew xi ħaġa miktuba. Dan huwa l-ħsieb wara din is-sensiela ġdida li Wirt iż-Żejtun bdiet permezz ta’ dan il-ktieb, is-sensiela Teżori Żwieten. F’din is-sensiela se nkunu qed naqsmu mall-qarrejja informazzjoni dwar diversi aspetti tal-wirt kulturali taż-Żejtun, kemm dak tanġibbli kif ukoll intanġibbli.

Ħsibna biex dan l-ewwel ktieb inwasslu informazzjoni dwar xi ħaġa komuni li nsibu fit-toroq antiki tal-ibliet u l-irħula Maltin, in-niċeċ tal-qaddisin. Dawn huma wirt ettnografiku importanti li juri kemm missirijietna kellhom għal qalbhom ir-reliġjon u l-imħabba lejn Sidna Ġesu’ Kristu; il-Madonna, taħt diversi titli; San Ġużepp; Santa Katarina u qaddisin oħra. Pero’ in-niċeċ huma wkoll espressjoni artistika minn waħda sempliċi għal dik aktar elaborata.

Is-snin ta’ ħidma u riċerka ta’ Sean Chircop dwar dan l-element importanti fil-wirt kulturali ta’ beltna qed jissarfu f’dan il-ktieb b’ritratti u nformazzjoni dwar kull niċċa u statwa li nsibu fit-triqat u l-ispazji miftuħa ta’ beltna.

Additional information

Weight 510 g
Dimensions 21 × 15 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995784072
Pages 240

Product categories and tags

SKU: 9789995784072

You may also like…