Description
Jirritorna Sardinellu, il-karattru maġiku minn Ramon u Sardinellu
X’kien il-misteru fil-karta mitwija fil-kaxxa tas-sulfarini? Ta’ min kien in-numru tat-telefon fuq dik il-karta? Min kien xeħet fit-triq dik il-kaxxa bil-messaġġ?
Għaliex dik id-dar antika f’tarf ir-raħal kienet tissejjah “Id-Dar tal-Ħares”? X’kien il-misteru marbut ma’ dik id-dar? Min kienet dik it-tifla li kienet tkun waħidha fid-Dar tal-Ħares?
Veru li fid-Dar tal-Ħares kien hemm xi teżor moħbi? X’kellhom x’jaqsmu Ramon u Marisa mad-Dar tal-Ħares?
U Sardinellu fiex jidħol?







