Description
Qalb ta’ Omm huwa wieħed mir-rumanzi ta’ Carolina Invernizio; wieħed mir-rumanzi tal-letteratura popolari Taljana tas-seklu dsatax.
Dan ir-rumanz kien ġie ppubblikat l-ewwel darba fl-1897. Oriġinarjament, Invernizio kienet xandritu f’żewġ volumi. Imma mbagħad, fl-1914, kienet reġgħet kitbitu u ppubblikatu f’volum wieħed, kif wiegħed ikun ippubblikat illum, f’edizzjoni bil-Malti, traduzzjoni ta’ Charles Abela Mizzi – kittieb magħruf sewwa fost ix-xandara Maltin, speċjalment mas-semmiegħa tar-radju.
Qalb ta’ Omm Invernizio kitbitu fl-ewwel snin tal-kitbiet tagħha. Fih tiżwiq ta’ mħabba, ħarsien ta’ ġieħ, fedeltà, u safa. L-għadu ta’ dawn il-virtujiet huwa ppersonifikat fl-irġiel u n-nisa mċappsin bil-mibgħeda, li niltaqgħu magħhom jikkonfoffaw u jippjanaw tpattija u vendikazzjonijiet f’dan ir-rumanz mill-isbaħ, li l-għajn ta’ xemx tiegħu hija Marcella – mara miżżewġa u omm safja. Hi li batiet, ġarrbet, bkiet u …






