Il-Haddied tal-Kunvent it-tieni ktieb

L-Imħabba ta' Aurora

978-99957-67-43-3
Paperback

In stock

Description

addattat minn Charles B. Spiteri

“X’kienu għaliha l-aristokratiċi? Nies li jmutu taħt il-giljottina. Minn xiex kienu jintgħarfu? Mill-idejn bojod.” U kienu tabilħaqq bojod idejn Ġovanna u Aurora, iż-żewġ protagonisti f’din il-ġrajja.
L-istorja tkompli fi Franza waqt ir-Rivoluzzjoni Franċiża, żmien ta’ terrur kbir. Irjus l-aristokratiċi xebgħu jimlew kannestru wara ieħor taħt ix-xafra tal-giljottina. Iżda mhux l-aristokratiċi kollha messithom din ix-xorti. Xi wħud għażlu li jsalvaw ġildhom billi jfaħħru r-Repubblika u jkantaw b’kemm jifilħu s-Ça ira u l-La Marseillaise.
Kien f’dan l-isfond li Ġovanna u Aurora waslu Pariġi flimkien ma’ Beneditt il-Ħotbi biex ifittxu ’l kuġinuhom Luciano, filwaqt li huma kienu mfittxija minn ħaddieħor. Min kienet din il-persuna li ma setgħetx tħallihom bi kwiethom?
U fuq kollox, lil min issir tħobb Aurora f’dan iż-żmien daqstant atroċi?

Additional information

Weight 570.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 448
ISBN 978-99957-67-43-3
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995767433 Categories: Tags: