Description
Beowulf hija poeżija epika bl-Ingliż Qadim, li ġiet miż-żminijiet Anglo-Sassoni. Tlaqqa’ l-leġġendi mal-istorja f’passat Skandinavu biex tinseġ il-ġrajja ta’ Beowulf, eroj qalbieni li jmur jiġri jgħin lix-xwejjaħ re Daniż Hrothgar billi jissara mal-monstru faħxi Grendel u mal-indannata ommu, u joqtolhom it-tnejn. Snin wara mbagħad joqtol lid-dragun tan-nar li kien qed jhedded lil pajjiżu, u fil-proċess jitlef ħajtu imma jseddaq ġieħu. Il-poeżija tieħu xejra universali bħala taqbida bejn it-tajjeb u l-ħażin.






