Description
Ir-Repubblikata’ Platun huwa djalogu Sokratiku miktub fis-seklu 4QK u jittratta l-filosofija u l-politika. Id-djalogu kollu huwa rrakkontat minn Sokrate imma jippreżenta opinjonijiet differenti fuq suġġetti bħall-ġustizzja, it-teorija tal-forom universali, u għamliet ta’ gverm. Id-diskussjoni ddur fuq it-twaqqif ta’ komunità ideali bbażata fuq il-ġustizzja. Il-filosfu jitqies bħala mexxej ideali għal din il-kommunità u allura Sokrate jiffoka ftit fuq id-definizzjoni ta’ filosfu biex imbagħad janalizza l-għamliet ta’ gvern (bħat-timokrazija, l-oligarkija, id-demokrazija u t-tiranija) li kien hemm fi żmienu. F’moħħu Platun ried iressaq gvern li kien prattiku ħafna.