Offerta Kotba John Aquilina – Leħnek il-Libsa Tiegħi – Tluq

Hardback, Paperback

In stock

Description

Ixtri l-kotba rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-Poeżija tas-snin 2011 u 2020 għall-prezz speċjali ta’ €18.

Leħnek il-Libsa Tiegħi Poeżiji 1994 – 2009

“Il-poeżiji huma ċari, suġġestivi, u jiżvolġu l-ħsieb, is-sentiment, minnufih u b’mod li jolqot. Huma lkoll, jew kważi, varjanti, ħielsa u awtonomi, ta’ motiv ewlieni wieħed, li jgħaqqadhom kollha flimkien bħala ċiklu. Din hi ħaġa li għoġbitni ħafna. Ħadt pjaċir ukoll bir-reqqa murija fit-tħaddim tal-metrika.”
– Oliver Friggieri

“Dawn huma poeżiji tal-qalb li jien u naqrahom ħassejtni diġa’ nafhom; ħassejtni qrib ħafna tagħhom, daqs li kieku kont qrajthom qabel ma nkitbu. Fl-istess waqt, kull vers huwa esplorazzjoni fil-mhux magħruf, skoperta sabiħa anki jekk tista’ tweġġa’. U din hija esperjenza rari. Il-kitba ta’ John Aquilina tixbah lis-solitudni tal-bliet: dik is=solitudni li tneżżgħek, taħbik f’xagħarha, tisqik id-dmugħ u tagħmlek tagħha.”
– Immanuel Mifsud

Tluq

Metafori li jagħtu ġewwa. Għax jinfdu, għax preċiżi, għax miktubin mil-laħam il-ħaj.
– Antoine Cassar

 

Additional information

Weight 260 g
Dimensions 20.4 × 13.2 cm
Author
Cover ,
Publisher
Year of publication ,

Product categories and tags

SKU: JAQUILINASETT Categories: