Description
Il-protagonist il-ġdid fil-ħwienet tal-kotba huwa l-Ħmar!
Fil-ktieb il-ġdid fjamant ta’ Ray Muscat, Mur Obsor Ħmar!, wieħed isib 200 paġna mimlija kummenti umoristiċi f’forma ta’ dizzjunarju li jħallu lill-qarrej litterament bla nifs!
Il-ħmar-li jirrapreżenta lili u lilek, in-nies li n-naħqa tagħna qatt ma telgħet is-sema-ma jaħfirha lil ħadd! Jitkellem fuq politiċi, pandemija, diretturi, teknoloġija, boroż, brim, ħasil, it-toroq, is-sewwieqa, sport, saħħa, fejk news, Toni Bajada, il-Papa, Influencers, diretturi, wirt storiku, ipokresija, logħob bil-kliem, logħob bil-voti, logħob bla tmiem…u x’naf jien!
L-unika persuna li tpoġġih f’postu hija martu Elvira! U x’ma tgħidlux! Għalkemm fil-fond ta’ qalbha taf li żewġha f’ħafna kummenti li jgħaddi fuq ħaddieħor għandu raġun biex ibigħ!
Garanzija li biex tieqaf mid-daħk ikollok bżonn ta’ ċitazzjoni!
Il-ktieb fih għadd sabiħ ta’ tpinġijiet bil-kulur, xogħol il-bravu Clinton Carter. Il-qarrej tal-provi huwa l-kapaċi Anthony Dimech.
Ikseb il-kopja tiegħek ta’ Mur Obsor Ħmar!
Talanqas ma tħallix lill-ħmar jiekol is-silla waħdu!







