Description
Tessie tinduna li l-imħabba tagħha għal żewġha Matthew qiegħda tonqos u titbiel jum wara jum. F’ħajjitha jitfaċċaw irġiel oħra li, b’mod differenti, jiġbduha ‘l bogħod mid-dar u l-familja. Titfaċċa wkoll id-droga… Matthew ma jaqtax qalbu li jerġa’ jiġbed lil martu lura lejh. Imma xi prezz lest iħallas biex jirnexxielu?
Mħabba bla Tmiem huwa rumanz mill-isbaħ bħall-oħrajn kollha tas-sensiela Kotba tal-Qalb.
Mill-emails tagħna:
“Tkun tixtieq li dar-rumanz ma jispiċċax. Avventura sħiħa minn paġna għall-oħra.”
“Rumanz miktub b’Malti tajjeb u mexxej. Storja realistika dwar is-soċjetà Maltija li qegħdin ngħixu fiha llum. Ħadt gost naqrah.”
“Taqbad dal-ktieb u tinsa l-ħin.”