Description
Meta jħammar il-Peprin mela huwa r-raba rumanz ta’ Brockdorff. L-Istil huwa wieħed mexxej u l-lingwa mħaddma hija dik ta’ kuljum, mingħajr esaġerazzjonijiet u sensazzjonaliżmu.
Dak li niltaqgħu miegħu hawn jaqbel ħafna ma’ dak li Patri Henry Born O.P. kien kiteb fil-Kelmtejn Qabel tal-ewwel rumanz ta’ Brockdorff: “ġrajja ħelwa, bla ma titgħabba b’komplikazzjonijiet u intriċċi żejda, tibqa’ għaddejja.”
Brockdorff hija mbierka minn fantasija ħajja; għandha tajjeb ħafna wkoll li ma tħallix lill-fantasija tagħha tiġri biha b’mod li taqlagħha barra minn triqtha.
L-element reliġjuż huwa qawwi ħafna fin-narrattiva. Apparti l-personaġġi ta’ Suor Alessia u ħbiebha tal-kunvent, hemm ukoll ir-rwol importanti tal-Kuxjenza li hawnhekk issir bħal personaġġ ieħor, indipendenti, li kull tant żmien jidħol fin-nofs u jkellem lin-narratriċi…
Patrick Sammut