Il-Bieb Numru 11

u stejjer ohra

9789993271543
Paperback

In stock

Description

LINA BROCKDORFF, xebba Mahoney, twieldet l-Isla (Senglea) fl-1930. Għal bosta snin għallmet fl-iskejjel primarji tal-gvern tal-Gżira u Tas-Sliema, u wara fil-Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara. Kisbet il-Baċellerat tal-Arti fl-Istudji Reliġjużi mill-Università ta’ Malta fl-1998 u fl-2002 ħadet il-Magister Artium fit-Teoloġija u l-Umanistika.
Kitbet komponimenti, novelli, poeżiji, radjudrammi u radjukummiedji. Rebħet konkors f’kull qasam ta’ kitba. Mis-snin ħamsin ‘l hawn kitbet ukoll u pproduċiet għadd kbir ta’ programmi mxandra mir-Rediffusion, Radju Malta u RTK: dawn jinkludu programmi letterarji bħal ‘Mill-Ġnejna Maltija’, kif ukoll oħrajn ta’ interess ġenerali bħal ‘Ħlieqa Bejnietna’ u ‘Nofs Siegħa Flimkien’. Għal xi snin kienet il-president tal-Għaqda Letterarja Maltija. Hija wkoll membru tal-Akkademja tal-Malti u tal-Għaqda Poeti Maltin. Awtur ta’ aktar minn disgħin novella li għadhom jixxandru fi programmi tar-radju, f’gazzetti u f’rivisti lokali. Mill-1965 sal-lum kull antoloġija tal-Għaqda Letterarja Maltija għandha tinkludi xi kitba Ietterarja tagħha.
Fl-1974 ippubblikat ir-rumanz ‘Kien Kwinta l-Qamar’. Fl-2004 ppubblikat ‘Sireni u Serenati’, rakkont intimu, personali, ġenwin u fattwali marbut ma’ ġrajjet Malta u niesha matul is-snin 1940-1943. Dan il-ktieb ġie l-ewwel fil-kategorija ‘Proża Mhux Fittizja’ tal-Premju Letterarju Kotba 2004.

Additional information

Weight 228.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 161
ISBN 9789993271543
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789993271543 Categories: