Bellus u Bizzilla

gabra ta' stejjer

Lina Brockdorff
9789993272168
Hardback

Description

 

LINA BROCKDORFF, xebba Mahoney, twieldet l-Isla (Senglea)
fl- 1930. Għal bosta snim għallmet fl-iskejjel primarji tal-gvem tal-Gsira u Tas—Sliema, u wara fil—Kulleġġ San Alwiġi. Birkirkara. Ħadet il-Baċellerat tal-Arti fl-Istudji Reliġjuażi mill-Universita ta‘ Malta fl-1998 . u fl-2002 ħadet il-Magister Artium fit-Teoloġija u l-Umanistika.
Kitbet komponimenti, novelli, poeżiji, radjudrammi u radjukummiedji. Rebħet konkors f`kull qasam ta’ kitba. Mis-snin hamsin ‘l hawn kitbet ukoll u pproduċiet għadd kbir ta’ programmi mxandra mir-Rediffusion. Radju Malta u RTK: dawn jinkludu programmi letterarji bħal “Mill-Ġnejna Maltija”, kif ukoll oħrajn ta’ interess ġenerali bħal “Ħlieqa Bejnietna” u “Nofs Siegħa Flimkien”. Għal xi snin kienet il-president tal-Għaqda Letterarja Maltija. Hija wkoll membru tal—Akkademja tal-MIalti u tal-Għaqda Poeti Maltin. Awtur ta’ aktar minn disgħin nevella li għadhom jixxandru fi programmi tar-radju. f’gazzetti u f`rivisti lokali. Mill-1965 sal-lum kull antoluġija tal-Għaqda Letterarja Maltija għandha eżemplari ta’ kitba Ietterarja tagħha.
F1-1974 ippubblikat ir-rumanz Kien Kwinta l-Qamar.
F1-2004 ippubblikat Sireni u Serenati. rakkont intimu. personali ġenwin u fattwali marbut ma’ ġrajjet Malta u niesha matul is-snin 1940-1943. Dan il-ktieb ġie l-ewwel fil-kategorija “Proża Mhux Fittizja” tal-“Premju Letterarju Kotba 2004”
Fl-2007 ippupblikat Il-Bieb numru 11, ġabra ta’ stejjer.

Additional information

Weight 242.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 189
ISBN 9789993272168
Format Hardback
Year of publication 2008
Author

Product categories and tags

SKU: 9789993272168

You may also like…