L-Eżodu taċ-Ċikonji

9789993274704
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

B’dan ir-rakkont skomdu u intens, Walid Nabhan iwessa’ l-konfini ġeografiċi u narrattivi tar-rumanz Malti.  Nabil isib ruħu mħabbel f’relazzjoni maqbuda fl-għoqiedi ta’ passat li m’għandu xejn x’jaqsam mal-preżent.  Irid jinqata’ mis-silenzji ta’ ġens li kien diġà falla qabel ma twieled hu, imma kull fejn imur jieħu miegħu dak id-dell tqil.  Jiftakar fl-ispettaklu taċ-ċikonji ta’ tfulitu, f’kemm kienu mbegħdin minnu.  U jirrealizza li ebda martirju, ebda gwerra, ebda tluq, kiefer kemm hu kiefer, ma jista’ jifdih minn dik iċ-ċomba ingastata bejn ġwenħajh.  L-uniku ħelsien li nistgħu nilmħu jinsab fil-lingwa straordinarja tiegħu, fir-rakkont rikk ta’ bniedem li qed jipprova jorganizza ħajtu u jfassal destin.  imma l-isfidi huma kbar, ir-riżorsi limitati.  U kif tgħid Omajmah, “Lanqas it-tjur ma jridu jibqgħu fid-dinja tal-Għarab.”

ADRIAN GRIMA

WALID NABHAN (1966), imwieled Amman, il-Ġordan, huwa rumanzier u poeta Palestinjan-Malti li llum stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-iktar ilħna awtentiċi u penetranti tal-letteratura Maltija l-ġdida.

Additional information

Weight 330.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 260
ISBN 9789993274704
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789993274704 Categories: Tags: