L-Assedju ta’ l-Imdina

mis-sensiela ta' "Leġġendi Maltin"

99932-39-58-5
Paperback

In stock

Description

Ħjiel mill-Istorja ta’ Malta

Xi sena wara li s-sultan Fonzu ta’ Spanja għaraf lil Malta bħala stat sovran fis-saltna tiegħu u ta d-dritt lill-Maltin biex jiddefendu din is-sovranità bil-forza ta’ l-armi, il-Maltin kellhom l-eewl prova tal-ħila tagħhom. F’Ottubru tas-sena 1429 ħabat għalihom Kajd Radivan b’armata ta 18,000 ruħ. RAdivan ħarbat għadd ta’ rħula qabel ma dar għall-Imdina u qegħidha taħt assedju aħrax għal aktar minn għaxart ijiem. Tul dan iż-żżmien il-Maltin kellhom jiġġieldu weħidhom: bla armi u bla ikel. Jingħad li lejl wieħed waħda soru twajba tal-klawsura, kien rivelat lilha f’ħolma li, jekk fuq il-ħajt tas-sur titqiegħed l-istatwa ta’ Sant’Agata, il-misilma jaħarbu. Saret, għalhekk, purċissjoni bl-istatwa ta’ Sant’ Agata u wara tqiegħdet fuq tarf is-swar kif staqet is-soru. X’ġara sew ħadd s’issa ma sab miktub. Wieħed kittieb Għarbi, iżda, ċertu El Zarkasi, qal li bil-fors kien ġara xi haħa ta’ l-għaġeb għax b’mod misterjuż “il-misilma ritraw mill-gżira meta kollox jidher mirbuħ u huma kienu lesti biex jieħdu l-belt.”

Additional information

Weight 40.0000 g
Dimensions 19.0 x 11.5 cm
Publisher
Pages 16
ISBN 99932-39-58-5
Cover
Year of publication
Note disinji:Cosimo Musio

Product categories and tags