Karamellu tar-Raħal t’Isfel: Il-Ħames Ktieb

Charles Buttigieg
9789918009626
Paperback

Description

Sitta mill-għaxar stejjer tal-ktieb il-ġdid ilaqqgħu lill-qarrej ma’ Karamellu f’esperjenzi ħelwin taż-żmien sabiħ tal-Milied, fosthom waħda li fiha Karamellu jiddiskuti ma’ sħabu dwar jekk Ġesù kellux kelba jew kelb.

L-istejjer b’rabta mal-Milied jinkludu wkoll sigriet dwar il-pasturi tat-tafal ta’ Karamellu u kif kien jarafhom, bravura tiegħu fil-kant tan-Novena tal-Milied, it-tifsira li tah nannuh dwar San Nikola u Missier il-Milied, ġrajja stramba dwar strina mhux tas-soltu li fiha jkunu mdaħħlin raġel Taljan, il-kappillan u s-sagristan, u x’għamel nannu ta’ Karamellu f’kunċert tal-Milied għat-tfal.

Is-suġġetti ta’ rakkonti oħra huma l-barjola li nannu ta’ Karamellu kellu moħbija u għaliex ma kienx jilbisha, x’ġara f’tellieqa ta’ Karamellu ma’ tifel ieħor bl-iskuter, ġrajja ta’ żewġ blalen mirbuħin bix-xorti, u praspura dwar biljett tal-lottu.

Nannu Karm

Additional information

Weight 250 g
Dimensions 19 × 14 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2024
Pages 110
ISBN 9789918009626

Product categories and tags

You may also like…