Description
F’dan it-Tielet Ktieb dwaru, lil Karamellu tar-Raħal t’Isfel insibuh jiltaqa’ ma’ wħud min-nies li beda jsir midħla tagħhom fi tfulitu. Huma stejjer li jkomplu juruna kif kienu jgħixu n-nies tar-raħal tiegħu.
Il-kurżitajiet u l-praspar ma jonqsux.
Ngħidu aħna, x’jiġri meta kappell ta’ tifla jaqa’ l-baħar? Għaliex Karamellu joħroġ fil-knisja b’gaġġa għasafar tal-bejt, meta tkun se tibda l-quddiesa? X’jiġrilu x-xiħ li kellu jitlaq jiġri minħabba muntun? X’jagħmel il-barbier ma’ raġel li jibda jdejqu? Għaliex għannej jivvinta ‘L-Għanja ta’ Karamellu’?
Minn xiex jgħaddu Karamellu u missieru f’mawra sa Għawdex? X’logħba jivvintaw Karamellu u sħabu wara lezzjoni dwar il-pitirross? X’jiġrilu n-nannu ta’ Karamellu meta jmur jixtri żarbun ġdid? X’ikollu x’jaqsam iċ-ċurkett tan-nannu mal-mitħna tal-kafè?
Nannu Karm