Karamellu tar-Raħal t’Isfel: Is-Sitt Ktieb

Charles Buttigieg
9789918011391
Paperback

Description

L-istejjer f’dan il-ktieb jibdew billi jlaqqgħuna ma’ Karamellu u n-nanniet nisa tiegħu, it-tnejn imgeżwrin fl-għonnella, waqt mawra sal-Belt f’jum b’ħafna riħ.

Stejjer oħrajn huma dwar ittra sorpriża li nannu ta’ Karamellu jirċievi mill-Awstralja, tifel li kien magħruf bħala ‘Il-Mangliż’, banda tat-tfal li kienu jgħidulha ‘Il-Banda ta’ Indri’, u tagħrif dwar minn fejn ġew l-ismijiet Maltin tal-jiem mill-Ħadd sas-Sibt.

Stejjer oħra li jnisslu kurżitajiet huma dwar ponta ta’ bajda u baħħar famuż Taljan, in-nanniet irġiel ta’ Karamellu li kienu jħobbu jmorru jistadu flimkien, tifel li kien joqgħod ixarrab tfal li jkunu għaddejjin mit-triq, u tokki strambi ta’ qanpiena li qassis jibda jisma’ bla ma jaf mnejn kienu ġejjin.

Naqraw ukoll dwar battikata li jieħu nannu ta’ Karamellu minħabba tnalja.

In-Nannu Karm

Additional information

Weight 250 g
Dimensions 19 × 14 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2025
Pages 108
ISBN 9789918011391

Product categories and tags

You may also like…