“Jiena [X’]Jien?”: Is-Suġġett fin-Narrattiva Kontemporanja Maltija

9789993277019
Paperback

In stock

Description

L-istqarrija sfidata mill-mistoqsija miżjuda hi meħuda mill-ftuħ ta’ żewġ xogħlijiet bikrin ta’ Frans Sammut, in-novella “Labirint” (1965) u r-rumanz Il-Gaġġa (1971). Fiż-żewġ rakkonti, id-dikjarazzjoni tal-“Jiena jien” min-narratur-protagonista tafferma l-preżenza tas-suġġett li hu konxju minnu nnifsu fin-narrattiva Maltija. Ladarba l-istess preżenza tista’ titqies bħala element essenzjali fil-ġeneru tan-narrattiva Moderna, l-assoċjazzjoni tal-mistoqsija mal-kuntest tan-narrattiva kontemporanja bħal titlob li jkun indagat x’tip ta’ suġġett wieħed isib fin-narrattiva kontemporanja Maltija. Huwa simili għas-suġġett fin-narrattiva Moderna, jew differenti minnu? U jekk tal-aħħar, x’jagħmlu differenti?

Additional information

Weight 330 g
Dimensions 20.7 × 13.5 cm
Editor Stephen Bonanno
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789993277019
Pages 240

Product categories and tags

You may also like…