Ħoloq

Noti u taħriġ fuq Bejn Ħaltejn għall-eżami taċ-ĊES

978999091415-3
Paperback

In stock

Description

“…ktieb-manwal li għandu jkun ta’ fejda liema bħalha għall-għalliema daqskemm għall-istudenti. L-għan tiegħu huwa li joffri għodod ta’ stħarriġ li huma siewja biex tingħaraf il-kitba letterarja kemm mill-aspett tematiku u kemm mill-aspett tekniku…David Aloisio qiegħed jgħin ħafna biex it-tagħlim tal-letteratura fil-klassi tal-iskola jilħaq l-għan ewlieni tiegħu: li jiżviluppa l-ħila tal-istudenti fil-proċess tal-ħsieb loġiku u mibni tajjeb.” – Oliver Friggieri

Ħoloq hu ktieb ta’ noti u taħriġ fuq Bejn Haltejn , l-antoloġija studjata għall-eżami taċ-ĊES fil-Malti. Ħoloq jassisti lill-qarrejja fl-interpretazzjoni tagħhom tax-xogħlijiet letterarji miġbura mill-Bord tal-MATSEC f’Bejn Haltejn, l-antoloġija studjata għall-eżami taċ-Ċ.E.S. fil-Malti, permezz ta’ osservazzjonijiet dettaljati, mistoqsijiet u attivitajiet oħrajnli jipprovokaw kritika letterarja attiva u matura.

Ħoloq jinkludi:

• sett ta’ mistoqsijiet dwar kull xogħol letterarju bħal dawk fil-karta tal-eżami u fformulati skont l-iskema tal-marki tas-sillabu l-ġdid taċ-ĊES. Dawn il-mistoqsijiet huma ideali sabiex jingħataw bħala xogħol għad-dar;

• titli ta’ esejs letterarji li l-istudenti huma mitluba jwieġbu fit-tul wara li jkunu studjaw ix-xogħlijiet. Ħoloq jipprovdi wkoll titli ta’ esejs kritiċi dwar ir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann;

• kritika letterarja dwar il-poeżiji u n-novelli kollha f’Bejn Ħaltejn. Ħoloq iqassam ir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann f’partijiet iżgħar sabiex l-istudenti u l-għalliema jkollhom f’idejhom analiżi strutturata li tiffaċilita l-istudju ta’ xogħol pjuttost twil;

• tabella tal-arblu tar-razza tal-karattri kollha f’Il-Ħarsa ta’ Rużann sabiex il-qarrejja jkollhom stampa iktar ċara tal-protagonisti tar-rumanzett u kif dawn jiġu minn xulxin;

• glossarju b’termini letterarji relevanti għall-istudenti li qed jistudjaw għall-eżami taċ-ĊES;

• tislibiet li b’gost iħeġġu lill-istudenti jinnutaw dettalji partikolari fix-xogħlijiet li jistudjaw.

Additional information

Weight 165.0000 g
Dimensions 20 × 13.0 cm
Pages 144
ISBN 978999091415-3
Cover
Year of publication
Language Maltese
Publisher
Author

Product categories and tags

SKU: 9789990914153 Categories:

You may also like…