Bejn Ħaltejn Noti Bundle

9213803513795
Paperback

In stock

Description

Bundle ta’ 2 kotba noti ta’ Bejn Ħaltejn

Bejn Ħaltejn biex tifhem aħjar – Noti għaċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (ĊES)

L-għan ewlieni ta’ din il-pubblikazzjoni huwa sabiex tgħin lill-istudent li jixtieq jieħu bis-serjetà l-kritika letterarja, b’mod partikulari l-analiżi ta’ dawk il-poeżiji u l-kitbiet ta’ proża li ntgħażlu għas-sillabu taċ-ĊES fil-Malti, u li huma miġburin fl-antoloġija Bejn Ħaltejn.

L-aktar ingredjent importanti f’dan l-istudju huwa t-trattament sempliċi u dirett. Jiswew mitqlu deheb il-mistoqsijiet li jsegwu kull analiżi. Jekk dawn jitwieġbu b’responsabiltà, b’riferenza diretta mat-test, allura l-istudent ikun qiegħed jibni tħejjija xierqa biex tiggwidah waqt l-eżami. Din il-preparazzjoni tkun aktar sħiħa jekk l-istudent jagħti titwila lit-tnax-il mistoqsija marbutin mal-komponiment letterarju u jagħraf kemm huwa lest iweġibhom.

Suċċessinu 2

Dan il-ktieb hu mfassal apposta biex jgħin u jiggwida lill-istudenti biex iħejju ruħhom għat-tieni karta tal-eżami tal-Malti fil-livell Ordinarju, skont is-sillabu li jibda mill-2014 ’il quddiem. Fih jinkludi:

Noti dwar il-biċċiet letterarji kollha;
Eżerċizzji varji ta’ livelli differenti fuq kull biċċa letterarja;
Punti kif jissawwar komponiment letterarju;
Mudelli ta’ komponimenti letterarji;
Lista u spjegazzjoni tat-termini letterarji, b’eżempji mis-siltiet;
Taħriġ kreattiv fuq it-termini letterarji;
3 karti mudell tat-tieni karta tal-eżami taċ-ĊES;
Sezzjoni bit-tweġibiet għal kull eżerċizzju.

Additional information

Weight 510 g
Dimensions 24 × 17 cm
Author ,
Cover
Publisher
Year of publication ,
ISBN 9213803513795
Pages 304

Product categories and tags

SKU: 9213803513795 Categories: Tags: