Description
Sferi, ktieb ta’ analiżi dwar l-antoloġija Bejn Ħaltejn, huwa mmirat għall-għalliema u għall-istudenti li qed jippreparaw ruħhom għall-eżami tal-Matrikola fil-Malti.
Dan il-ktieb se jgħin lill-istudenti biex:
- japprezzaw iktar il-letteratura u r-relazzjoni tagħha mal-ħajja u ma’ suġġetti oħra;
- japprezzaw l-għażliet stilistiċi tal-awtur u josservaw l-effetti;
- jiżviluppaw lenti kritika li tmur lil hinn minn taqsira tan-novella jew tal-poeżija;
- jiktbu f’dettall u bi preċiżjoni dwar ix-xogħlijiet letterarji;
- jaħsbu dwar interpretazzjonijiet differenti tal-istess xogħol u jistaqsu mistoqsijiet dwar aspetti differenti tal-kitba;
- jaraw ix-xebh u l-kuntrasti bejn xogħlijiet u kittieba differenti;
- janalizzaw ix-xogħol fid-dawl tal-kuntest li nkiteb fih u jagħtu l-importanza mistħoqqa lis-sitwazzjoni u l-ambjent li qed jippreżenta