Charles Daniel Saliba

BDL Books - Charles Daniel SalibaDr Charles Daniel Saliba
B.Ed. (Hons.) Maltese, Dip. Arabic (Distinction), MA in Mediterranean Historical
Studies, PhD (Sheff.) UK

Charles Daniel Saliba (PhD) specialises in teaching Maltese as a Foreign Language
(MFL). He lectures on Maltese linguistics and literature and MFL at Sir M. A.
Refalo Sixth-Form, Victoria, Gozo. Through the Accreditation Unit of the Ministry
of Education (MFED), Saliba designed and facilitated the accreditation of two
courses—Academic Award in MFL, Malta Qualification Framework (MQF) Level 1 &
MQF 2 (6 ECTS)—to introduce MFL for the first time at the Gozo Sixth-Form. He is
also a health and safety teacher at the same institute, and, in 2013, his department was awarded the Health and Safety Education Best Practice Award (HASEBA).

He is also a visiting lecturer at Malta College of Arts, Science & Technology (MCAST), Gozo Campus, a practicum visitor with the Institute for Education, and teaches MFL and Medical Maltese at Barts and the London School of Medicine and
Dentistry (QMUL), Gozo Campus. Additionally, through the Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA), Saliba designed and facilitated the accreditation of three courses—Award in MFL MQF 1 (5 ECTS), Award in Medical Maltese MQF 1 (5 ECTS), and Award in Medical Maltese MQF 2 (5 ECTS)—for QMUL.

Saliba has published/co-published over 60 books, including the Maltese for Foreigners textbook series (3 syllabi, 16 textbooks with audio files), the first level of which was published in e-book format, while a hardcopy version of this level was also translated into a Maltese–Italian version called Maltese per Stranieri and a Maltese–German version called Maltesisch für Ausländer. Saliba also won a prize for his book, Realtà, in the Prose for Adolescents category at the National Book Awards in 2007. Lastly, he has
presented his research at several international conferences and has been invited as a keynote speaker on a number of occasions.

For more information, please visit: www.charlesdanielsaliba.com
___________________
L-Awtur
Dr Charles Daniel Saliba
B.Ed. (Bl-unuri) Malti, Dip. Għarbi (Distinction), MA fl-Istudju tal-Istorja tal-Mediterran, PhD (Sheff.) UK

Charles Daniel Saliba (PhD) jispeċjalizza fit-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija (MLB). Hu jgħallem il-lingwistika u l-letteratura Maltija u l-MLB f’Sir M. A. Refalo Sixth-Form, ir-Rabat, Għawdex. Permezz tat-Taqsima tal-Akkreditazzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Saliba fassal u ffaċilita l-akkreditazzjoni ta’ żewġ korsijiet intitolati: Academic Award in Maltese as a Foreign Language, Malta Qualification Framework (MQF) Livell 1 & MQF 2 (6 ECTS)—biex jintroduċi l-MLB għall-ewwel darba fis-Sixth-Form ta’ Għawdex. Saliba hu wkoll għalliem tas-saħħa u s-sigurtà fl-istess istitut, u fl-2013, id-dipartiment tiegħu ngħata l-Health and Safety Education Best Practice Award (HASEBA).

Hu jgħallem ukoll fil-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST), fil-kampus ta’ Għawdex, hu practicum visitor fl-Institute for Education, u jgħallem l-MLB u l-Malti Mediku fl-università ta’ Barts and the London School of Medicine and Dentistry (QMUL), fil-kampus ta’ Għawdex. Permezz tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA), Saliba fassal u ffaċilita l-akkreditazzjoni ta’ tliet korsijiet għal QMUL intitolati: Award in Maltese as a Foreign Language MQF 1 (5 ECTS), Award in Medical Maltese MQF 1 (5 ECTS), u Award in Medical Maltese MQF 2 (5 ECTS).

Saliba hu awtur/ko-awtur ta’ ’l fuq minn 60 ktieb, inkluża s-serje ta’ kotba Maltese for Foreigners (3 sillabi, 16-il ktieb u l-awdjo relatat), li l-ewwel livell tagħha ġie ppubblikat f’format ta’ ebooks, filwaqt li l-verżjoni stampata ta’ dan il-livell ġiet tradotta wkoll f’verżjoni Malti-Taljan bl-isem ta’ Maltese per Stranieri u verżjoni Malti-Ġermaniż intitolata Maltesisch für Ausländer. Saliba rebaħ ukoll premju għall-ktieb tiegħu, Realtà, fil-kategorija Proża għall-Adolexxenti fil-Premjijiet Nazzjonali tal-Ktieb tal-2007. Fl-aħħar nett, huwa ppreżenta r-riċerka tiegħu f’diversi konferenzi internazzjonali u ġie mistieden bħala kelliem ewlieni f’numru ta’ okkażjonijiet.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur: www.charlesdanielsaliba.com