Iż-Żmien fuq Sider Malta

978-99957-21-19-0
Paperback

Only 1 left in stock

Description

Iż-Żmien Fuq Sider Malta huwa tiżwiqa ta’ storja, lingwa, u letteratura. Jagħti l-ġrajja tal-fatti u l-moħħ tal-Maltin li bħala “l-egħżeż tifkiriet” ifissrulna parti mill-identita` tagħna. L-għan tal-ktieb huwa li juri l-għeruq, it-tnissil, u l-iżvilupp tal-ħsieb letterarju Malti. U biex jirnexxielna nagħmlu dan hemm bżonn inħarsu lejn l-istorja tal-gżejjer tagħna ħalli naraw il-qafas li fih intgħaġnet il-lingwa li biha l-moħħ letterarju kellu jesprimi ruħu. B’hekk il-letteratura tidher ingastata fil-ġrajja storika u lingwistika tal-gżejjer.

Dan il-ktieb, mela, jittratta l-lingwa Maltija u l-letteratura tagħha. Fih naraw kif żviluppa l-Malti, mitkellem minn ftit nies li dejjem kienu maħkuma minn xi qawwa kbira. Il-Malti baqa’ ħaj avolja kien hemm lingwi kbar fuq il-Gżejjer Maltin li setgħu qatluh. U meta beda jinkiteb, il-Malti kompla tqawwa u jistagħna. Il-Malti jagħtina l-indentita` tagħna bħala nazzjon, jiġifieri bih nintgħarfu li aħna Maltin.

Charles Briffahuwa professur tal-Malti u Traduzzjoni l-Universita` ta’ Malta u Angela Briffa hija Assistent Kap ta’ skola primarja.

Additional information

Weight 350.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 256
ISBN 978-99957-21-19-0
Cover
Year of publication
Author ,

Product categories and tags

SKU: ZSM Categories: