It-Tfajla tal-Palazz u Leġġendi Oħra

TTP
Paperback

In stock

Description

It-Tfajla tal-Palazz u Leġġendi Oħra  huma ġabra ta’ leġġendi li kienu nkitbu minn Gino Muscat-Azzopardi, li miet fl-1982. Kien kitibhom ħafna snin ilu u baqgħu merfugħin fl-arkivji privati sakhemm sabhom Lino Cassar.

Il-ħrejjef ta’ missirijietna minn dejjem saħħru lil kulmin qrahom jew semagħhom. Din il-ġabra fiha għadd imżewwaq ta’ ħrejjef u leġġendi – medda mifruxa fuq sekli tal-imgħoddu u fuq bosta suġġetti u karattri li baqgħu jissemmew. Hemm il-ġrajja mqanqla tat-tfajla li tidher fil-Palazz Verdala, kif ukoll il-leġġenda tal-kappillan li tgħallaq wara li ċanfru l-isqof.

L0għażla tal-ħrejjef u l-leġġendi ma tolqotx liż-żgħar biss iżda lill-kbar ukoll li x’aktarx semgħu wħud minnhom mingħand nanniethom meta kienu tfal.

Min ma semax bil-leġġenda ta’ “Rajt? Ma Rajtx! Smajt? Ma Smajtx!” jew “Id-Dar Misterjuża tal-Birgu”? U xi ngħidu għal “Il-Ħofra tal-Qrendi”? U “Il-Madonna tal-Minsija”? U “Għar Ħassan”?

Fost l-oħrajn hemm ukoll “Id-Dar Misterjuża ta’ Triq Kristofru”, “L-Eremit li Xeħet il-Mantell fil-Baħar”, “Il-Madonna tal-Grotta”, “Toni Azzopardi Xkora”, “It-Tlett Islaleb Qodma”, “Is-Saħħar Falzun fil-Lembija”, “Meta s-Saħħar Falzun Ġiegħel lis-Seftur Iqattgħu Biċċiet”, “It-Tfajla ta’ Wied Musa”, u “Il-Madonna tal-Anġli”.

Additional information

Weight 120 g
Dimensions 20.7 × 14.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN TTP
Pages 77

Product categories and tags