Intermezzi

Gabra ta' 30 Novelli

978-99932-740-9-4
Paperback

In stock

Description

Lina Brockdorff hija mħarrġga sew fil-kitba fejn il-passat isir l-arkivju tal-memorja. L-ewwel rumanz tagħha Kien Kwinta l-Qamar għandu saħansitra referenzi għal rawwiet antiki Maltin, u s-sens ta’ nostalġija hu  mifrux qisu mant trasparenti, waqt li ż-żewġ kotba ta’ novelli fejn il-passat hu preżenti b’mod konsistenti. Anzi, kenn il-passat u kemm il-preżenti jitwaħħdu flimkien. Imma l-aktar li toħroġ tajba l-pinna ta’ Lina Brockdorff bħala kittieba tal-memorja hija fl-awtobijografija Sireni u Serenati.

Fil-proża mistħajla,  l-arkivju tal-memorja hu preżenti wkoll. Hu li jqanqal. Hu li jnebbaħ. Hu li jsawwar ċerti ideat, saħansitra fl-għażla ta’ metafori u tixbihat. Jew fis-soppressjoni ta’ ċerti fatti. Il-memorja li tuża Brockdorff f’din il-ġabra mhix il-memorja kolletiva storika, imma l-memorja personalizzata f’ambjent soċjali. Il-memorja rrakkontat  li tirrakkonta f’Intermezzi hija esperjenza li għanda bidu fil-psikoloġija umana u li ssawwar il-personalita tagħna, forsi anki bħala persuna distinta u awtonoma, imma li intrinsikament issib lilha nfisha, il-passat tagħha, f’ħaddieħor.

Additional information

Weight 235.0000 g
Dimensions 20.5 × 13.5 cm
Publisher
Pages 191
ISBN 978-99932-740-9-4
Format Paperback
Year of publication 2012

Product categories and tags

SKU: 9789993274094

You may also like…