Description
L-istudju tar-rejiet u tal-gwerer m’għadux moda. Illum hi invoga dik li tissejjaħ ‘history from below’ jew ‘grassroots history’, l-istorja taż-żgħir, ta’ dawk li ma kellhomx vuċi u ma ħallewx djarji biex ta’ warajhom isiru jafuhom.
Paul Catania jagħmel ma’ dawn il-kittieba u jikteb ‘history from below. Diġà tana xogħlijiet ta’ valur fuq il-parroċċa tan-Naxxar. Fortunat għax hu l-arkivista tal-parroċċa, għalkemm xorta waħda jkollu jirriċerka f’arkivji oħrajn, bħall-arkivju tan-nutara. Din id-darba qiegħed jippreżentalna wkoll studju fuq il-laqmijiet li sab fin-Naxxar imma l-aktar xogħol metikoluż huwa dak fuq il-knejjes imxerrdin man-Naxxar
– Professur Frans Ciappara