Description
“Fil-Qawra kien hemm xi għoxrin familja u konna qisna familja waħda, mhux bħal-lim – bilkemm naf ‘il ħadd!” DORIS BUSUTTIL
“Konna ngħinuhom fir-raba’ qabel immorru l-iskola, anke meta konna għadna tant żgħar ta’ sitta u seba’ snin… Veru li ma kinetx xi ħajja mill-aqwa imma qatt ma konna bil-ġuħ.” CARMEN FENECH
“Jien ferħan ħafna li twelidt il-Qawra. Avolja li l-Qawra tal-lum m’għandha xejn x’taqsam mal-Qawra li niftakar jien. X’differenza!” JOE GAUCI
“Ma kellhomx bżonn arloġġ, il-ġurnata kienet tibda x’ħin jisbaħ u ttawwal sa ma jidlamm, anzi wara li jidlam ukoll kienu jsibu x’jagħmlu.” MARIA GAUCI
“Konna nħosu ruħna inferjuri għan-nies ta’ San Pawl il-Baħar u sikwit kona nistħu ngħidu li aħna mill-Qawra.” KELINA MUSCAT
“L-għajn tas-Salina kienet isservi biex in-nies jgħumu fiha u jieħdu saħħithom għaliex kienu jemmnu li dak l-ilma jfejjaq. B’xorti ħażina m’għadhiex teżisti. Jew difnuha jew xi ħaġa hekk.” ANJESA SAMMUT
“Kieku missieri u ta’ qablu kellhom jaraw x’sar il-Qawra, kieku kemm jiddispjaċihom u jgħidu ‘Hawn x’ġara? Dan mhux aktar il-post li nafu aħna’, aktarx li ma jagħrfuhiex, din l-art fejn kellhom ir-raba’ tagħhom li issa mimlija b’bini għoli. Kien post tant kwiet! Kemm isewdu qalbhom jaraw il-Qawra tal-lum!” CARMELO SAMMUT