Il-Misteru tal-Labirint

mis-sensiela 'Il-Misteri ta' Thea'

978999091485-6
Paperback

In stock

Description

l-ewwel avventura mis-sensiela IL-MISTERI TA’ THEA

L-aħħar ħaġa li xtaqet tagħmel Thea kienet li tqatta’ l-vaganzi tas-sajf Altafonte, għand iz-zija. F’dik il-belt kwieta ma kien hemm xejn x’tagħmel …

Iżda meta ltaqgħet ma’ Nick, espert dwar l-Etruski, u skoprew labirint misterjuż, ma damitx ma bidlet fehmtha. Iż-żewġt iħbieb flimkien ma’ Zorro — il-kelb ta’ Thea — sabu ruħhom f’nofs avventura. Kienu qed jinsterqu fdalijiet prezzjużi ta’ żmien l-Etruski mill-mużew. Fittex ’l hawn u fittex ’l hemm, Thea u Nick ġew wiċċ imb wiċċ mal-moħħ wara pjan kriminali.

Sadanittant kien hemm f’nofs il-biċċa, il-bejjiegħ tal-monti, li Nick ma tantx kien jafda. U Bruno, il-ħabib antik ta’ Nick li kien jaf minn fejn tidħol għal-labirint, li Thea ma riditx affari miegħu.

Forsi jkun aħjar jekk insegwu lil Thea, Nick u Zorro ġewwa l-labirint.

Additional information

Weight 280.0000 g
Dimensions 20.0 × 13.0 cm
Pages 240
ISBN 978999091485-6
Cover
Year of publication
Note addattament għall-Malti Rita Saliba
Author , ,

Product categories and tags

SKU: 9789990914856 Categories: