Kif Jaħsibhom Mastru Gerfex

978999091411-5
Paperback

Description

Dan jaħbat ir-raba’ ktieb fis-sensiela ta’ Mastru Gerfex, u jiġbor fih għaxar stejjer oħra dwar dan il-karattru simpatiku. Stejjer bħal meta kisser il-mera antika ta’ martu Lugrezja, jew meta fil-karnival libes ta’ Tork bit-tarbux u Lugrezja m’għarfitux. u x’ġara meta żelaq fit-triq u ħabat rasu mal-art?

Ma jistax jonqos li hawn ukoll ix-xwejjaħ ikollu jħabbat wiċċu ma’ Kaspru l-Amerikan li kien dejjem imqabbad miegħu. Naqraw kif spiċċat l-affari meta kaspru pprova jagħti tixriba lix-xwejjaħ billi jixħetlu fuqu barmil ilma kiesaħ. Insiru nafu wkoll b’liema mod ix-xwejjaħ ta lil Kaspru d-daqqa t’id li ried mingħandu.

U x’ġara meta Mastru Gerfex twebbel biex jistudja l-Ġermaniż? U fiex jidħol il-bebbux? U kif spiċċat l-imħatra tax-xwejjaħ li jixrob minn flixkun magħluq?

Additional information

Weight 150.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Pages 98
ISBN 978999091411-5
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789990914115 Categories: