Description
Fil-lejl tal-aħħar jum t’Ottubru, tfajla tisparixxi minn ħdejn il-ġuvni tagħha, proprju quddiem it-tempji tal-Ġgantija. Ġrajja ta’ għejbien ieħor bħalma kien seħħ kważi xahar qabel. Kellhom ħaġa komuni – l-età.
Kim u Kyle, tewmin fuq ruħhom, kien jinteressahom dal-misteru li ħakem il-lokal, u daħlu b’ruħhom u ġisimhom biex jippruvaw jaraw kif jistgħu jsolvuh huma stess. Il-leġġenda tas-Sa Lukrezja, it-telefonata anonima u d-dawl mill-qalba tat-tempji tal-Ġgantija billejl, komplew iħawdu l-kobba mħabbla.
Ġirja kontra l-ħin sabiex jinstab it-tarf ta’ dak li qed iseħħ, qabel ma jkun tard wisq!








