Il-Kewkba Dehbija u stejjer oħra

978-99957-46-339
Paperback

In stock

Description

Fir-rassa malli l-istilel u l-kwiekeb bdew jersuq lejn il-qamar, stilla ċkejkna sabet ruħha maqlugħa ’il barra. Filli kienet f’nofs ir-rassa u mbagħad, mingħajr ma taf kif, xi ħadd imbuttaha biex jgħaddi u f’kemm ilni ngħid spiċċat minn barra. Waqgħet għoli mhux ħażin, spiċċat f’nofs sħaba li kienet nofsha rieqda. U daqshekk. Baħħ. L-istilla ċkejkna ntilfet minn mal-oħrajn u ma setgħetx issib postha lura. Imnalla li kienet is-sħaba li waqgħet fuqha, għax li kieku kienet tispiċċa fuq l-art, min jaf fejn. U b’waqgħa bħal dik kienet żgur ssir stilla!

Il-waqgħa strudietha ftit. Biss biss ara kemm kienet niżlet mill-għoli. X’ħin stejqret u kienet ċerta li setgħet tittajjar, qamet, tfarfret mit-tajjar tas-sħab li kien qabad magħha u bdiet tara kif tagħmel biex terġa’ ttir ’il fuq lejn fejn kienet. Ma setgħet tara lil ħadd u xejn, u ma kien hemm ħadd lil min setgħet tistaqsi. Is-sħaba kienet għera, vojta u madwarha baħħ. Baħħ ma’ kullimkien.

Additional information

Weight270.0000 g
Dimensions21 × 14.8 cm
Publisher
Pages190
ISBN978-99957-46-339
Cover
Year of publication
LanguageMaltese

Product categories and tags

You may also like…