Description
F’dawn l-istejjer tal-biża’, il-qarrej jidħol f ’dinja fejn il-kurżità, is-sigrieti tal-passat u l-ħażen moħbi jiltaqgħu flimkien. Dak li jidher bħala logħob tat-tfal jew ġrajja ordinarja jista’ malajr jinbidel f ’esperjenza tal-biża’ li tibqa’ tħalli marka għal ħajtek kollha. Minn djar imwaqqgħin li jaħbu misteri antiki sa laqgħat ma’ affarijiet li ma għandhomx ikunu fid-dinja tagħna, kull storja tiftaħ bieb lejn l-inspjegabbli.
Il-ġrajjiet huma rrakkontati minn perspettiva umana u qrib il-qarrej, fejn il-biża’ ma joħroġx biss mill-ħlejjaq jew mill-għeġubijiet, iżda wkoll mill-għażliet tan-nies u millkonsegwenzi tagħhom. F’dawn il-paġni ssib tfal li jersqu wisq qrib ta’ postijiet misħuta, sigrieti midfuna fl-istorja Maltija, u stejjer li juru kif il-ħażen xi kultant jistenna fis-skiet sakemm xi ħadd jinqabad fih.
Il-Misħut Qattus – Stejjer tal-Biża’ hija ġabra li tħallik taqra b’qalbek tħabbat. Kull storja tibni tensjoni li tiżdied paġna wara paġna, sakemm il-qarrej jibda jistaqsi: x’jiġri meta l-leġġendi u l-biżgħat li konna nisimgħu dwarhom bħala tfal forsi ma kinux sempliċement stejjer?







