Ara Ġejja l-Mewt Għalik

Ġabra oħra ta' Stejjer tal-Biża

Joseph A. Cachia
9789918213221
Paperback

Description

F’din il-ġabra ta’ għaxar stejjer tal-biża’ hemm dak kollu li wieħed ikun jixtieq li qatt ma jiltaqa’ miegħu fil-ħajja ta’ kuljum. Għax min irid jiltaqa’ ma’ qattiela, spirti u nies ħżiena li jagħmlulek ħajtek mizerabbli? Imma fil-paġni ta’ dan il-ktieb se tiltaqgħu magħhom u min iħobb dan it-tip ta’ stejjer jieħu pjaċir isir jafhom. X’aktarx li t-tajjeb jitlef u jirbaħ il-ħażin.

Veru li jekk tkun taf il-futur ikun jaqbillek? Taħseb li tgħix aħjar jew tishet is-siegħa u l-mument li ssir taf, bħalma gralu wieħed f’dan il-ktieb?
Raġel miżżewweġ mitluf wara martu. Dejjem jaħilfilha li jibqa’ jħobbha anki wara mewtu. Imbagħad imut u jibda t-terrur għall-mara.
Kwadru antik iwassal biex iġib biża’ f’ħajjet koppja miżżewġa. Is-saħta tiegħu tkun ġejja minn mijiet ta’ snin ilu u tintemm biss meta kavallier mejjet jaqta’ xewqtu llum.
Tifel joħroġ minn bir imwaħħax b’dak li ra hemm isfel. Tgħid kien ra l-belliegħa li ġennitu bi kruhitha? Jew jekk ma kinetx il-belliegħa, x’kien ra?
Xabla ta’ bojja mill-ħabs ta’ Sant’Anglu għadha tfittex ġustizzja mijiet ta’ snin wara…

U tassew li l-mewt tiġi għalik biex tixwik u taqlik?

Additional information

Weight 300 g
Dimensions 21 × 14.7 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2024
Pages 224
ISBN 9789918213221

Product categories and tags

You may also like…