Description
“Ilu ħafna jberren f’moħħi l-ħsieb li niġbor fi ktieb il-kitbiet u l-istudji tiegħi dwar Ħal Balzan, il-knisja parrokkjali tiegħu, il-qima lejn il-Lunzjata u l-festa għażiża tagħha, flimkien ma’ xi artikli oħra. Dejjem kelli l-ħajra li nkompli nżid ma’ dak li diġa nkiteb dwar raħal twelidi, u li nagħti l-kontribut tiegħi, imqar jekk żgħir, fit-tiftix tal-istorja tiegħu. Issa wasal iż-żmien, f’għeluq is-sittin sena tiegħi, li din il-ħolma sseħħ u ngħaddi l-frott tat-tiftix tiegħi lill-Balzanin tal-lum u tal-ġejjieni u lil dawk kollha li jħobbu l-istorja, il-wirt u l-iżvilupp tar-raħal tagħna. Dan il-ktieb jiġbor fih parti sostanzjali ta’kitbieti mifruxin fuq medda ta’ erbgħin sena sa minn meta bdiet tinteressani l-istorja ta’ Ħal Balzan u dak kollu li huwa relatat ma’ dan ir-raħal.”
L-Awtur, Carmel Bezzina













