Ħal Balzan u l-Lunzjata

u Aktar Kitbiet

9789918000548
Hardback

Description

“Għaddew għaxar snin mill-pubblikazzjoni tal-ewwel ġabra ta’ kitbieti dwar Ħal Balzan u r-rabta tiegħu mal-Annunzjata. Is-suċċess ta’dan il-ktieb, bl-isem Ħal Balzan u l-Lunzjata u Kitbiet Oħra, għamilli l-qalb li nkompli nistħarreġ u nikteb dwar qasam li huwa tant għal qalbi.

Issa, għaxar snin wara, erġajt tħajjart indomm il-kitbiet tiegħi tul dawn l-aħħar snin, frott sigħat twal ta’ qari u riċerka, bit-tama li l-Balzanin, u nies oħra li jħobbu l-istorja u l-wirt tal-bliet u r-rħula tagħna, isibuhom ta’ interess u hekk japprezzaw aktar il-patrimonju li ħallewlna missirijietna. Dan il-ktieb għammidtu Ħal Balzan u l-Lunzjata u Aktar Kitbiet, isem li jixbah ħafna dak tal-predeċessur tiegħu. Għandu  wkoll l-istess daqs u format. Dan għamiltu bi skop. Ridt nuri r-rabta bejn iż-żewġ pubblikazzjonijiet. Iż-żewġ kotba jikkumplimentaw lil xulxin, u bejniethom jiffurmaw bħal enċiklopedija ċkejkna ta’ tagħrif dwar dan ir-raħal, wieħed mit-Tliet Irħula fiċ-ċentru ta’gżiritna.”

L-Awtur, Carmel Bezzina

Additional information

Weight 750 g
Dimensions 23.9 × 15.7 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 328
ISBN 9789918000548

Product categories and tags