Description
Akkwista 4 volumi ta’ Għamlu Isem bi prezz speċjali ta’ €32!
‘Hemm bosta personaġġi li jistħoqqilhom li jkunu mfakkra għall-kontribut tagħhom lejn art twelidhom għalkemm f’ħajjithom ma kitbux dwar dak li wettqu, li bih, kif qal tant tajjeb il-Professur Oliver Friggieri fid-daħla tal-ewwel ktieb, taw lil Malta l-kredenzjali ta’ nazzjon. U żgur li tkun ħasra kieku l-ismijiet ta’ dawn il-personaġġi kellhom jintesew f’dagħbien darba għal dejjem.
L-idea ta’ Joe Julian Farrugia li jiġbor tagħrif bibljografiku fil-qosor dwar personaġġi Maltin żgur li ntlaqgħet tajjeb mhux biss minn dawk kollha li jfittxu pubblikazzjonijiet dwar dan il-ġeneru tant interessanti, imma minn dawk li jemmnu li kulħadd għandu storja xi jgħid.
Għamlu Isem, Għamlu Isem 2, u Għamlu Isem 3 jitfgħu lenti fuq il-ħajja ta’ personaġġi Maltin li ġejjin minn kull qasam tal-ħajja. Hekk insibu fost l-oħrajn, poeti, nies marbuta mal-isports, għannejja, atturi, kantanti, xandara, mużiċisti, artisti, ġurnalisti, awturi u oħrajn.’
Charles Casha, mid-Daħla