Għeruq Vallettani u…

Paperback

In stock

Description

Għeruq Vallettani u… irid ikompli juri kemm hi meraviljuża u grandjuża din Valletta, mhux biss fl-istorja tagħha, għax dik nafuha, studjajniha, qrajniha, rajniha fil-filmati u fi programmi. Valletta hi bħalma kienet u bħalma jekk Alla jrid tkompli fil-kobor ta’ niesha, dawk in-nies professjonisti jew le, li ħajjithom kitbet l-istorja mlewna u mżewqa tagħha.

Għeruq Vallettani u… għandu l-għan li jiskopri klassi soċjali magħquda, klassi ta’ bnedmin, mhux livelli differenti għax dan mhux test ta’ klassiżmu jew preġudizzju, anzi jmur lil hinn minn hekk. Hawn jissemma kull min jistħoqqlu, jixraqlu u jogħoqdlu l-isem ta’ Vallettan/a u jekk eżempju mitt sen’ilu persuna vvintat oġġett, ħallejnih f’dawl l-epoka partikolari tiegħu.

 

Additional information

Weight 740 g
Dimensions 24.5 × 17.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
Pages 290

Product categories and tags