Description
Dan hu ktieb għall-istudenti-għalliema bi tħejjija għall-prattika tat-tagħlim, kif ukoll għall-għalliema li se jkunu qed jiggwidawhom fl-ewwel passi tagħhom.
F’dan il-ktieb l-istudenti-għalliema u l-għalliema għandhom gwida ċara li tinforma u twitti t-triq għas-suċċess professjonali tagħhom.
Dan il-ktieb fih:
- Ħames kapitli b’qari li jgħinek tħares lejn id-dinja tal-iskola u tal-klassi b’mod dettaljat u aġġornat.
- Eżerċizzji biex tirrifletti dwar il-ħajja fl-iskola u dak li jiġri fil-klassi.
- Listi u tabelli li jgħinuk tippjana, timplimenta u tevalwa l-ħidma professjonali tiegħek bħala għalliema fl-istadju tat-taħriġ.
- Referenzi aġġornati mnejn tista’ tfannad l-għarfien tiegħek tat-temi mistħarrġa.










