Description
Il-karattru ikoniku ta’ Fra Mudest, addattat għal ġenerazzjoni ġdida ta’ tfal
Li Fra Mudest kien qalbu tajba u dejjem lest biex jgħin lil ħaddieħor, kien jafu kulħadd. Kien għalhekk li l-ħabib tiegħu Fra Mikiel talbu pjaċir, meta kellu jqatta’ lejl fil-kunvent qabel ma jsiefer. Imma din id-darba kienet rixa li daħħlitu fi praspura li baqgħet tissemma għal żmien twil!
Għax kif kienu jgħidu fir-raħal: Il-praspar jiġru wara Fra Mudest!