Description
Fra Mudest qed jiċċelebra l-ħamsin sena minn meta deher għall-ewwel darba fix-xena letterarja Maltija, b’dan il-ktieb ġdid li jiġbor fih ħmistax-il storja ġdida.
Matul dawn il-ħamsin sena dan il-karattru simpatiku u ferrieħi baqa’ għaddej minn ġenerazzjoni għal oħra, bl-istess imħabba min-naħa tal-qarrejja.
L-ambjen li fih iseħħu l-mija u għaxar storja li hemm fis-sitt kotba li ħarġu bejn l-1971 u l-2017, huwa wieħed li l-qarrejja żgħar żgur li jieħdu gost jimmaġinaw.
Għal ħafna adulti, min-naħa l-oħra, dawn l-istejjer iġibu tant memorji sbieħ ta’ tfulithom.