Description
Fl-10 ta’ April 1967, fil-ħarġa taċ-Children’s Own kienet dehret storja bl-isem “Ir-Ruħ fil-Kantina”. Kienet din l-istorja li introduċiet lil Fra Mudest mal-qarrejjaa Maltin.
Għaddew erbgħin sena u l-istejjer ta’ Fra Mudest għadhom fost l-iktar kotba popolari għat-tfal.
L-ewwel ġabra ta’ stejjer ħarġet fl-1971 taħt l-isem FRA MUDEST. Fl-1974 dehret it-tieni ġabra, AKTAR PRASPAR TA’ FRA MUDEST, u tliet snin wara kienet ippubblikata t-tielet ġabra ta’ stejjer, MILL-ĦORĠA TA’ FRA MUDEST, ħarġet fl-1995.
B’kollox dawn l-erba’ kotba jiġbru fihom 86 storja dwar dan il-karattru li nistgħu ngħidu sar “wieħed mill-karattri l-aktar memorabbli fil-letteratura popolari Maltija“.
Biex tfakkar dan l-avveniment fl-istorja tal-letteratura għat-tfal, inħarġet din l-edizzjoni speċjali li fiha hemm disa’ stejjer ġodda u tagħrif ieħor.
Hemm ukoll il-kummenti ta’ Dr Ġorġ Mallia dwar dan il-karattru li huwa jqis bħala “ħlejqa oħra fil-mitoloġija folkloristiku ta’ Malta u Għawdex“.