Antonio Nicholas

Difensur tal-Ilsien Malti u l-Klassi tal-Ħaddiema

9789995795221
Paperback

In stock

Description

Antonio Nicholas hu wieħed minn dawk l-eroj mhux mgħonijin. Huwa rabat ismu ma’ ġrajja li seħħet mitt sena ilu meta bis-saħħa tiegħu u oħrajn, l-ilsien Malti sab postu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż – il-Parlament. Dal-patrijott minsi stinka wkoll qatigħ biex il-ħaddiem mhux biss itejjeb il-qagħda soċjo-ekonomika tiegħu, iżda sabiex ir-rappreżentanti tiegħu fl-Assemblea Leġislattiva jkunu jistgħu jesprimu fehmithom bil-Malti. Nicholas ta sehmu wkoll fl-oqsma tat-trejdunjoniżmu u l-politika sabiex ikun ta’ għajnuna għall-klassi tal-ħaddiema. Il-kontribuzzjonijiet tiegħu taħt il-psewdonimu ‘Nick Carter’ fil-ġurnal Il-Ħmar u aktar tard Il-Ħmara kienu mmirati wkoll biex jgħallem lil sħabu n-nies tax-xogħol. F’dal-ktieb wieħed isib ukoll tagħrif dwar ħidmiet Nicholas meta għal darbtejn kien fit-tmun ta’ każin tal-banda u fil-bini tal-akbar tempju f’Malta.

Additional information

Weight 250 g
Dimensions 21 × 14.7 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995795221
Pages 160

Product categories and tags

SKU: 9789995795221 Categories: