Ruħu Dejjem Tfittex

Charles Casha - Mgħallem Għalliel

9789993277651
Hardback

In stock

Description

Il-kritiku investigattiv jemmen bi sħiħ li tgħarbila tal-użu tal-lingwa f’test letterarju tista’ tkun mezz sabiex nifhmu aħjar u napprezzaw aktar il-kisbiet artistiċi tal-awtur. Dan il-ktieb jieħu d-direzzjoni tiegħu minn dan il-ħsieb u jistenna li l-qarrejja ta’ Charles Casha japprowċjaw ix-xogħlijiet tiegħu b’kurżità apprezzattiva tal-istil. U biex wieħed jifhem l-istil jeħtieġ jifhem il-lingwa fil-kuntest tagħha. Dan ifisser li, f’dan il-ktieb, hemm l-eżami bir-reqqa tat-testi li ntgħażlu biex jiġu diskussi: jinxteħtu taħt il-mikroskopju tal-ħsieb mhux biex il-ġmiel letterarju jisfa fix-xejn taħt il-magna għarbiela tal-akkademiżmu, imma biex jitwessa’ l-gost estetiku għax b’aktar għarfien tistgħana l-ġibda għal-letteratura. L-iċken dettall tal-lingwa jaf jikxef xejra f’ruħ ix-xogħol. It-tifsir li jkun hemm fil-kritika letterarja jwassal sabiex il-pubbliku-qarrej jifhem aktar kif is-sens jinkiseb u b’hekk japprezza aħjar il-kreattività tal-awtur.

Fil-proża u l-poeżija Casha jurina kif jifhimha d-dinja tal-lum – kif id-dinja hija kkonċettwalizzata. U minn dak li naqraw f’dan il-ktieb mal-ewwel nintebħu li hemm temi komuni fix-xogħlijiet tiegħu: temi rikurrenti bħall-imwarrab jew id-dgħajjef jew l-inferjuri, il-prostituta t-twajba, il-karattru kalm ġeneruż, u l-missier jew l-omm kattivi. Fl-istampa wiesgħa tal-letteratura ta’ Casha nsibu fatturi kumulattivi li jagħtu l-impressjoni tiegħu tal-kontemporanjetà. Meta naqraw ħafna mil-letteratura tiegħu, u ninnutaw dawn it-temi rikurrenti, nintebħu x’xejra għandu l-istil mentali tiegħu.

Additional information

Weight 500 g
Dimensions 23.5 × 15.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789993277651
Pages 212

Product categories and tags