Description
Charles Casha jirrakkonta grajjiet dwar karattri li hu jiftakar fi tfulitu u f’zghozitu. Imma bhalma ghammel fiz-zewg kotba ta’ qabel, Minn tarf sa tarf tat-triq, u Minn fuq l-Ghatba, huwa jsawwaw dawn l-istejjer b’doza qawwija ta’ immaginazzjoni. L-ambjent li fih isehhu dawn l-istejjer huwa dak li fih trabba u kiber. Huwa ambjent fejn ir-rahal huwa dinja ckejkna, in-nies jilhqu salib xulxin u fejn ghadd ta’ karattri jispikkaw fuq l-ohrajn.
Dawn huma stejjer le ghandhom igibu nostalgija lil min jiftakar il hamsinijiet u s-sittinijiet filwaqt li juru dinja differenti lil min ma kienx ghadu twieled f’dawk is-snin.
Dawn ir-rakkonti mhumiex bijografija ta’ l-awtur. Huma biss tifkiriet mohbija fi stejjer li l-awtur holoq b’ambjent u b’karattri li jiftakar meta kien ghadu ma rifisx l-ghatba ta’ l-irguliha.