Description
Naħseb li fl-ebda pajjiż tad-dinja n-nies ma jinsew lil dawk li jkunu ħadmu għall-ġid u l-kobor ta’ lsien art twelidhom daqskemm ninsew malajr aħna. Bħalissa għandi quddiem għajnejja l-figura simpatika tal-Kavallier Muscat Fenech li ħadem b’ħiltu u b’għaqlu kollu għat-tixrid tal-ilsien Malti. Dana huwa għajb għalina u jmissu għalhekk isir xi ħaġa biex l-isem ta’ Muscat Fenech u x-xogħlijiet diversi tiegħu jkunu iktar magħrufa minn kulħadd. Jistħoqqlu jitqies fost il-pijunieri tal-Malti… F’ġieħ il-ħaqq u s-sewwa ma nistgħux, u m’għandniex, ninsewhom nies kbar bħal dawn.
Victor Apap – Leħen is-Sewwa, 9 ta’ Ġunju 1948
Wieħed mill-ewlenin ħbieb tal-Malti li ħadmu biex iwaqqfu l-ilsien Malti fuq sisien sodi b’kitba msejsa fuq regoli stabbiliti ta’ ortografija u grammatika kien Ninu Muscat Fenech. Dan kien il-bidu tal-qawmien tal-ilsien tagħna, il-bidu tal-kitba bil-Malti.
John C. Friggieri – Forum, Diċembru 1976 – Frar 1977