Il-Holma Maltija (Paperback)

978-99932-17-18-3
Paperback

In stock

Description

F’IL-ĦOLMA MALTIJA, Frans Sammut ilaqqagħna ma’ Mikiel Anton Vassalli, l-akbar patrijott Malti ta’żmienu. Ma’ Vassalli ngħixu l-avventuri ta’ żgħożitu, fl-aħħar żminijiet tal-ħakma tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta … meta jmur jistudja Ruma u jiltaqa’ ma’ nies ‘misterjużi’ u oħrajn għorrief … u mbagħad naraw l-impenn ta’ rġulitu favur ir-riformi li Napuljun ried iwettaq fl-Ewropa … sa meta ġie lura Malta mill-eżilju, xiħ qabel iż-żmien, minsi u fqir, fi gżira maħkuma issa mill-Ingliżi …

Studjuż tal-ilsna, negozjant, patrijott, Ġakobin … Mikiel Anton Vassalli jiddedika ħajtu għall-ħolma li fiha Malta ssib l-identità u d-dinjità tagħha fost il-ġnus. Imnebbaħ mill-ideali tas-Seklu tad-Dawl, Vassalli fehem kif il-ġens Malti seta’ jikseb l-għarfien tiegħu billi l-ewwel jagħraf jgħożż ilsienu.

F’IL-ĦOLMA MALTIJA, Sammut jilħaq il-qofol tal-ħila letterarja kbira tiegħu. Dar-rumanz, mogħni b’elementi ta’ storja politika, lingwistika, orjentaliżmu, filosofija, eżoteriżmu, u teoloġija, u bi ġrajja ta’ mħabba, huwa kapolavur ta’ Frans Sammut.

Fuq kollox, hu kapovalur ewlieni tal-letteratura moderna bil-Malti.

Additional information

Weight 770.0000 g
Dimensions 17 x 24 cm
Publisher
Pages 446
ISBN 978-99932-17-18-3
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: HOMA02 Categories: Tags: