Vassalli f’ Il-Holma Maltija

978-99932-17-19-0
Paperback

In stock

Description

F’dan l-istudju aċċessibli għad li erudit, Matthew Theuma jlaqqagħna ma’ Mikiel Anton Vassalli kif sawru Frans Sammut, x’aktarx l-akbar fost id-dixxipli ta’ Missier l-Ilsien Malti.

Lill-qarrej ta’ Il-Ħolma Maltija, Theuma jfissirlu wħud mill-aspetti li l-aktar iqanqlulu l-interess u jweġiblu ħafna mill-mistoqsijiet li jfiġġulu f’moħħu. Theuma mhux biss ifisser min hu Frans Sammut u r-rivoluzzjoni li għen titwettaq fil-Letteratura Maltija, imma wkoll jagħtina ħjiel dwar kif Sammut niseġ l-istħajjil mal-verità storika f’Il-Ħolma Maltija.

Kien hemm min tkaża li Ġrajjet il-Fatti tista’ titwaħħad mal-Immaġinazzjoni. Iżda kontra għeluq il-moħħ ta’ dawn it-talin, insibu l-erudizzjoni ta’ dan l-istudju. Dawn it-talin ma fehmux li l-istoriku juża l-ħiliet tal-intellett meta jagħtina interpretazzjoni tal-fatti, għax il-fatti minnhom infihom ma għandhomx interpretazzjoni. Ftit hi differenti l-arti letterarja. Il-fatti huma għera, l-intellett ilibisshom, u l-arti letterarja tagħżel id-drapp ħalli f’għajnejna jkunu mhux biss qrib il-verità storika imma wkoll estetikament pjaċevoli. Huwa ż-żwieġ bejn l-Etika (tal-verità storika) u l-Estetika (tal-arti letterarja).

Il-Ħolma Maltija hu kapolavur tal-Letteratura Maltija Moderna. B’ħilet dan l-istudju li Matthew Theuma kitbu wara li qatta’ sigħat sħsħ jiddiskuti ma’ Frans Sammut, nistgħu nilmħu r-rumanz kif riedu li jinftiehem l-awtur.

Matthew Theuma tabilħaqq jagħtina l-muftieħ għas-sigrieti ta’ Il-Ħolma Maltija.

Additional information

Weight 215.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 152
ISBN 978-99932-17-19-0
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789993217190 Categories: