Il-Hajja ta’ Karmenu Vassallo

978-99932-17-17-6
Paperback

In stock

Description

Il-Poeta tan-Nirien, kif jibqa’ magħruf Karmenu Vassallo, huwa wieħed mill-bennejja, mis-sisien, u l-aktar poeta profond tal-letteratura bil-Malti. Mill-ewwel sal-aħħar paġna ta’ Il-Ħajja ta’ Karmenu Vassallo nilmħu lil Karmenu Vassallo, il-poeta li niżel qalb il-poplu. Moħħ Vassallo kien dejjem sejjer ma jieqaf qatt, jimmedita, jistaqsi, jaħseb, jhewden, jirrifletti, jargumenta u jiddibatti. Huwa għadda mill-poeżija mġarrba għall-poeżija miktuba, mid-djarju personali għall-poeżija universali li tegħleb il-fruntieri ġeografiċi, razzjali, u l-limiti temporali.

Miktub minn Marcel Zammit Marmarà, dan il-ktieb huwa minsuġ b’riċerka mill-kitbiet kollha ta’ Karmenu Vassallo b’aktar minn 30 psewdonimu, dokumenti, manuskritti, arkivji, ritratti, 39 intervista radjufonika, 400 ittra personali tiegħu, u tagħrif minn nies li kienu jafuh. L-awtur ta’ din il-bijografija nqeda bl-istess kelma Maltija ħafifa kif ħarġet minn qalb il-poeta, biex wassal l-umanità ta’ Karmenu Vassallo, it-tbatija u s-sagrifiċċju li ltaqa’ magħhom.

Naqraw bijografija minsuġa bi ġrajjiet mill-istess Storja ta’ pajjiżna, oħrajn li jibdew b’tiġrib il-ħajja, mit-tfulija sal-aħħar nifs ta’ ħajtu, l-inżul u t-tlajja’ li sawru l-karattru tiegħu b’rieda tal-azzar. L-awtur jippreżenta vjaġġ tal-fażijiet kollha minn ħajjet Vassallo, minn novizz għal ġurnalist, minn politiku għal għalliem, minn Vassallo l-poeta għat-traduttur u saħansitra d-drammaturgu. Naqraw tiżwiqa ta’ episodji f’ħajtu, il-patrijottiżmu u mħabba lejn raħal twelidu, it-twemmin tradizzjonali, u r-rabta fi ħdan il-Partit Laburista kemm fil-Kunsill tal-Gvern fejn saħaq fuq l-edukazzjoni, il-ġustizzja soċjali u l-Ilsien Malti, kif ukoll bis-sehem tiegħu biex il-Partit Laburist rebaħ l-elezzjoni tal-1971.

Additional information

Weight 565.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 404
ISBN 978-99932-17-17-6
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789993217176 Categories: