Anton Grasso 40 Sena ta’ Waħx… u Aktar

9789995775346
Hardback

Ġabra ta’ kitbiet ta’ awturi diversi, stejjer u poeżiji ta’ Anton Grasso magħ’ula minn Joe Cassar b’għażla ta’ ritratti minn Annette Apap

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Anton Grasso… Essenzjalment għal min irid jaqra xogħlijietu għall-ewwel darba jew għal min mexa tul l-erbgħin sena tal-karriera tal-pubblikazzjonijiet tiegħu.

Awtur li kisser tradizzjoni antika, willed kważi twemmin metaforiku f’dinja ta’ elokwenza u passività – isaħħar mijiet ta’ qarrejja, daqstant ieħor idarras oħrajn. Awtur li ħoloq kult fin-narrattiva tal-biża’, u ispirazzjoni għal awturi żgħażagħ, iwassal ġieħ lil ismu minn awturi barranin ta’ fama internazzjonali, li qaleb u ppubblika xogħolhom f’Malta.

Anton Grasso… 40 sena ta’ waħx u aktar hu mera intrinsika fir-ruħ u l-qalb ta’ wieħed mill-aktar awturi prolifiċi ta’ żmienna, kontroversjali daqskemm enigmatiku, sensittiv daqskemm beżżiegħ, awtur li jdellel kitbietu fl-abbiss tal-misteru.

Għall-ewwel darba għażla ta’ kitbiet minn awturi diversi dwaru, għażla ta’ stejjer u poeżiji magħżula minn Joe Cassar, ġurnalist u ammiratur ta’ xogħlijietu, u ritratti magħ’ula minn Annette Apap, it-tfajla li qattgħet (jew ħliet) aktar min-nofs ħajjitha miegħu, uħud minnhom ippubblikati għall-ewwel darba.

Additional information

Weight 970 g
Dimensions 24.5 × 17.5 cm
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995775346
Pages 434

Product categories and tags

You may also like…