Mill-Petali ta’ Hajtek

Kitbiet f'gieh Oliver Friggieri

9789993276524
Hardback

In stock

Description

Ebda Festschrift ma jirnexxilu jagħti mqar ħjiel ta’ dak kollu li hu Oliver Friggieri; ebda unur u medalja, għax il-kontribut ta’ Oliver huwa akbar minn dawn kollha. Oliver irnexxielu jinżel fil-fond tar-ruħ Maltija, jeskava l-labirinti tas-seħer tagħha u jesibihom fid-dawl tax-xemx biex igawdihom poplu sħiħ. Iżda b’danakollu aħna ħassejna li f’għeluq il-71 sena tiegħu kien jixraq li noffrulu petali li ma jidbilux. U sibna ħafna li resqu bl-akbar ħeġġa biex isaqquhom.
 
Dan il-Festschrift f’ġieħ Oliver Friggieri jinkludi kontribuzzjonijiet kemm fil-forma ta’ tifkiriet kif ukoll b’temi akkademiċi, b’kitbiet u studji minn fost l-aqwa esponenti tal-kitba kontemporanja Maltija. Ma’ wħud mill-kitbiet qed jidhru ritratti, ittri u dokumenti għall-ewwel darba. Ħsibna wkoll biex dan il-ktieb ikun mogħni b’bibljografija bix-xogħlijiet ewlenin tiegħu. Nittamaw li wara li taqraw il-kitba ta’ dawn il-paġni, issiru tafu aktar mill-qrib mhux biss lil Oliver Friggieri l-istudjuż, l-akkademiku u l-kittieb, imma wkoll lil Oliver Friggieri l-bniedem ta’ qalb kbira li ħajtu mimlija b’petali mill-isbaħ li jibqgħu dejjem friski, delikati u mimlijin fwieħa.

Additional information

Weight 950.0000 g
Dimensions 23 x 15 cm
Publisher
Pages 532
ISBN 9789993276524
Cover
Year of publication

Product categories and tags